Ambjent Lokali

FKNK u KSU jikkundannaw qtil fuq għasafar protetti

Kaċċaturi San Ubertu (KSU) qed iqisu l-qtil ta’ għasafar protetti bħala att kundanabbli u kriminali. Huma sostnew li minkejja l-pieni ħorox, xorta waħda qed ikomplu jsiru każijiet bħal dawn, b’xi uħud mill-kaċċaturi m’humiex qed josservaw il-liġijiet Maltin.

Dawn l-atti qed jirriżultaw minn abbuż ta’ kaċċaturi li qed jispiċċaw jitfgħu f’dell ikraħ fuq il-kaċċaturi l-oħra. Madanakollu, fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kaċċaturi San Ubertu qalu li “l-Gvern jinsab f’apatija biex jiġbru l-appoġġ tal-pubbliku”.

Fir-realtà, il-kaċċaturi għandhom l-aqwa edukazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ għasafar protetti u dwar proġetti ambjentali fejn jidħlu l-għasafar. Madanakollu minħabba nuqqas ta’ xi wħud minn kaċċaturi, qed ibagħtu dawk li għandhom il-liċenzja u senter reġistrat. Uħud li m’għandhomx dawn l-affarijiet skont il-liġi, qed jirrovinaw l-isem tajjeb li bena l-kaċċatur tul iż-żmien.

Bl-istess mod, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ikkundannat il-qtil illegali ta’ għasafar protetti u sostniet li se tkun qed taħdem biex teqred għal kollox il-kaċċa u l-insib illegali mill-gżejjer Maltin.

Huma komplew jgħidu li minkejja li hemm il-problema li seta’ nqatlet Ċikonja jew inqabad xi għasfur ieħor protett, sitwazzjoni oħra ta’ problema hija li ħadd m’għadu jirraporta xi llegalità.

L-FKNK ikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif minkejja li taf li t-tradizzjonijiet lokali m’għandhom l-ebda theddid fuq kull speċi, xorta waħda qed teqred l-kaċċa u l-insib fil-gżejjer Maltin.