Żewġt itfal huma fost l-għaxar persuni li ndarbu fi sparatura li kien hemm waqt street party f’Moss Side f’Manchester.
Il-Pulizija qalet li minn dawk feruti, disgħa ma kinux serji. L-isparatura seħħet waqt party li sar wara l-ewwel ġurnata tal-Caribbean Carnival f’Alexandra Park.
Sorsi qalu li jidher li kien raġel wieħed li fetaħ in-nar għalkemm ir-raġuni mhix magħrufa.
Imma mis-snin Tmenin, iz-zona ta’ Moss Side ta’ Manchester hi assoċjata ma’ kriminalità u traffikar ta’ droga imma tul dawn l-aħħar snin saret ħidma kbira biex titranġa d-dehra ta’ dan il-post. Il-Caribbean Carnival ilu jsir kull sajf mill-1972 u jattira eluf ta’ nies.
Għaxra midruba fi sparatura f’Manchester


