Internazzjonali

Idris Elba aktarx id-007 ġdid

L-attur Ingliż Idris Elba u l-għarusa tiegħu Sabrina Dhowre .

Jidher li s-suċċessur fil-parti tal-ispjun fil-films ta’ James Bond wara Daniel Craig se jkun l-attur iswed Ingliż Idris Elba.
Dan l-aħħar kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar din il-possibbiltà u Elba issa ħareġ tweet jgħid “my name’s Elba, Idris Elba”, li ħafna interpretaw konferma li kiseb il-parti.
Il-ġimgħa li għaddiet Barbara Broccoli, il-producer tal-films ta’ James Bond, qalet li wasal iż-żmien li l-parti ta’ Bond jagħmilha attur li mhux abjad. Il-film li se joħroġ ta’ Bond se jkun l-aħħar wieħed ta’ Craig.