Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qed juza fondi pubblici biex imexxi l-kampanja personali tieghu. Fl-aħħar jiem ġew innotati billboards ta’ proġetti li saru minn flus il-poplu Malti iżda għamel reklam tal-paġna personali tieghu fuq Facebook.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia stqarr fuq Twitter li mhux biss is-sistema ta’ xiri pubbliku tinsab mhedda, iżda issa wkoll il-Ministru Mizzi qiegħed jiffinanzjarja b’mod illegali l-kampanja elettorali bi flus il-poplu Malti.
Fuq il-billboard jidher parkeġġ ġdid li se jkun qed isir f’Marsaxlokk, b’rokna minnhom hemm miktub li ġiet iffinanzjarja mill-Ministeru tat-Turiżmu, filwaqt li f’rokna oħra wieħed jista’ jara isem il-Ministru Konrad Mizzi maġenb is-simbolu ta’ Facebook.
Dan mhux l-ewwel darba li saret hekk kif kemm-il darba ttellaw filmati fuq Facebook iffinanzjarji minn fondi publiċi.
//= $special ?>