Għall-ħabta tal-5pm saret serqa minn stabbiliment f’San Ġiljan, b’żewġ ħaddiema jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Skont sorsi fil-midja, il-persuna daħlet fil-lido tal-Lukanda Corinthia, fi Triq ix-Xatt f’San Ġorġ u daħal fil-kamra fejn wieħed iħallas biex jidħol fl-istabbiliment.
Il-persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, daħal fil-kamra wara li ma ra lil ħadd fiha iżda jidher li mal-ħin sprejja xi spray fuq żewġ ħaddiema, maħsub li kien pepper spray. Wara hu seraq ammont ta’ flus, li skont kelliema għall-pulizija mhux ammont kbir ta’ flus.
Il-persuna ħarbet minn fuq il-post b’mutur, bil-ħaddiema pruvaw jaqbduh qabel laħaq ħarab.
Iż-żewġ ħaddiema ttieħdu l-Isptar Mater Dei bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Fuq il-post marru pulizija tal-RIU, tad-distrett u tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
//= $special ?>