Sport Waterpolo

Iż-żgħażagħ Maltin jispiċċaw fid-disa’ post fid-Dario Cukic Memorial b’rebħa kontra l-Ungerija

It-tim ta' taħt il-15-il sena taħt it-tmexxija ta' Anthony Farrugia

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena temm it-tournament Dario Cukic fid-disa’ post wara li fl-aħħar logħba li ntlagħbet illum għeleb lit-tim nazzjonali tal-Ungerija 8-7.

Iż-żgħażagħ Maltin taħt it-tmexxija tal-kowċ Anthony Farrugia għalqu din l-esperjenza kontra nazzjonijiet b’saħħithom bi tliet rebħiet wara li aktar kmieni kienu għelbu lis-Slovakkja u l-Olanda filwaqt li tilfu kontra s-Serbja, l-Awstralja u l-Istati Uniti.