It-titlu tal-kanzunetta pajjiż tal-Mickey Mouse kienu ilu jdejjaq lil Zack Ritchie għall-konnotazzjoni negattiva li jagħti lil pajjiżna.
Kien għalhekk li għażel li l-passjoni tiegħu tal-arti, li llum-il ġurnata saret il-karriera tiegħu, jużaha biex juri s-sbuħija ta’ Malta u Għawdex u jagħti ħajja lit-tradizzjonijiet lokali.
Qatt ma stenna li f’pajjiż fejn ħafna jgħidu li l-arti ma toffrilekx futur, kien se jirċievi daqstant rispons inkoraġġanti wara li t-tfajla tiegħu krietlu gallarija tal-arti bħala rigal.
Bil-passjoni għall-arti li jgħid li dejjem kienet fih għax wiritha minn missieru, għal Zack din hi opportunità li jagħti xi ħaġa lura lil pajjiżu, iżda fuq kollox jixtieq li l-eżempju tiegħu jkun ukoll messaġġ ta’ kuraġġ għal ħaddieħor.
//= $special ?>