Minn Cape Canaveral, Florida, fl-Istati Uniti, in-NASA tat bidu għal missjoni spazjali storika lejn ix-Xemx f’missjoni li se tiswa 1.3 biljun ewro.
Dan permezz tal-Parker Solar Probe li se tagħmel vjaġġ ta’ seba’ snin biex teżamina l-atmosfera tax-Xemx.
Il-missjoni kellha tibda s-Sibt imma kienet posposta bi 24 siegħa minħabba intopp tekniku.
Jekk kollox jirnexxi, din il-vettura, li fiha daqs karozza, se tkun l-ewwel li qatt qorbot daqshekk lejn fix-xemx f’territorju fejn it-temperatura tkun ta’ aktar minn nofs miljun grad Celsius.Dan biex tkun studjata l-atmosfera tax-Xemx u dak magħruf bħala r-riħ solari li kull tant żmien joħloq problemi fit-telekomunikazzjonijiet fid-dinja.
//= $special ?>

