It-Tnejn wara nofsinhar 114 immigrant tniżżlu f’Malta fil-bażi Marittima f’Haywharf wara li ġew salvati mill-Forzi Armati. L-immigranti kienu fuq dinghy li kien qed jegħreq.
Il-Forzi Armati salvaw l-immigranti li kienu jinsabu f’diffikulta’ hekk kif kienu f’nofs ta’ baħar, madwar 53 mil nawtiku nofsinhar ta’ Malta.
Hekk kif id-dinghy kien qed jagħmel l-ilma, il-Forzi Armati interferew u l-immigranti abbord id-dinghy ġew trasferiti għall-fuq il-patrol boat P23.
Din il-ħidma ta’ salvataġġ seħħet fl-istess waqt li saret talba sabiex jitħalla jidħol il-bastiment MV Aquarius fil-port Malti. Dan il-bastiment għadu kemm wettaq operazzjoni ta’ salvataġġ fejn ġew salvati numru ta’ immigranti, viċin il-kosta tal-Libja.
Il-Gvern Malti ma laqax it-talba li saret, filfatt intqal li l-aħħar salvataġġ li wettaq il-bastiment MV Aquarius ma jaqax taħt il-kompetenza ta’ Malta.
Il-Gvern Malti stqarr ukoll illi ma jinsabx f’obbligu legali sabiex jipprovdi post ta’ sigurta’ għall-immigranti.
F’Ġunju li għadda, Malta kienet involuta f’kontroversja simili li nħolqot wara li ma kienx hemm qbil bejn il-Gvern Malti u dak Taljan dwar il-port li għandu jaċċetta il-bastiment MV Lifeline li kellu madwar 240 immigrant abbord fuqu wara operazzjoni ta’ salvataġġ barra l-kosta Libjana.
Eventwalment il-Lifeline iddaħħal Malta u l-immigranti tniżżlu pajjiżna bil-Gvern kien qal li l-immigranti kienu se jittieħdu minn numru ta’ pajjiżi Ewropew.
Bħalissa fil-Qorti għaddejin proċeduri kontra l-Kaptan tal-MV Lifeline Claus Peter Reisch.
//= $special ?>