Għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu, nirien ħakmu showroom tal-muturi fi Triq Beatu Dun Ġorġ Preca f’tal-Pietà.
Fuq il-post waslu numru ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Waqt li kienet għaddejja l-ħidma biex jintfew in-nirien, ġiet evakwata l-binja biswit fejn ħadu n-nirien.
Skont l-aħħar informazzjoni, jidher li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, madanakollu s’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.
//= $special ?>