Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-allegat qtil ta’ ferħ ta’ qattus li seħħ f’Għajn Tuffieħa li ġie rrappurtat fil-mezzi soċjali u l-midja. Allegatament il-ferħ ta’ qattus inqatel quddiem turisti li kienu preżenti fuq il-post.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet tal-Annimali Mario Galea kiteb lill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali u talbu sabiex dan il-każ jiġi investigat f’kordinazzjoni mal-Pulizija. Dan sabiex min wettaq dan l-att ta’ moħqrija jitressaq quddiem il-Qorti.
Hekk kif il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin iħobbu l-annimali u dawk li jrabbu l-annimali domestiċi qiegħed dejjem jiżdied. Għandu minnufih jintbagħat messaġġ b’saħħtu lil dawk il-persuni li wettqu atti moħqrija fuq l-annimali, għaliex dawn l-atti mhux aċċettabbli.
Il-Partit Nazzjonalista jinnota wkoll b’sodisfazzjoni li l-Pulizija ħadu passi dwar il-każ tal-qtil ta’ ċikonji u tressqet persuna li allegatement qatlet tliet ċikonji fil-ġranet li għaddew. Bl-istess mod wieħed jistenna li tiġi identifikata l-persuna li qatlet il-ferħ tal-qattus.
//= $special ?>


