Lokali Qorti

Ħafer wara li qala’ daqqiet ta’ flixkun imkisser minn student Franċiż

Yanis Meherzi, student Franċiż li fera raġel Malti bi flixkun imkisser f’Paceville ngħata l-libertà proviżorja wara li l-Qorti semgħet kif il-vittma kien ħafirlu u m’għadux interessat li jkompli bil-proċeduri legali.

Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, il-Franċiż ammetta l-akkużi wara l-każ, li seħħ fil-bidu ta’ dan ix-xahar għall-ħabta tat-3.30am. Hu ammetta fost l-oħrajn li qiegħed involontarjament ħajjet il-vittma fil-periklu u li għamillu feriti gravi, kif ukoll li kien fis-sakra fil-pubbliku.

L-Avukat Arthur Azzopardi, li deher għall-vittma, informa lill-Qorti li l-klijent tiegħu kien diġà ħafer lil Meherzi, filwaqt li kwistjonijiet bejn iż-żewġ naħat kienu diġà mitkellma bejniethom. Meta ra dan il-fatt, l-età żgħira u l-kondotta nadifa tal-Franċiż, il-Qorti tatu l-libertà proviżorja.

FIl-fatt, il-Qorti nnutat ukoll li hu kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u kien ilu diġà għaxart ijiem taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Spanjol.