Lokali

Il-Ministru José Herrera jittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Għall-ħabta tan-12:30 ta’ filgħodu, il-Ministru José Herrera kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien fi triqtu lejn ir-residenza tiegħu.

Il-Ministru kien qiegħed passiġġier fil-karozza privata tiegħu, u flimkien miegħu kien hemm il-mara tiegħu abbord. Għalkemm ħadd ma weġġa’, il-Ministru José Herrera u l-mara tiegħu ttieħdu l-isptar għal aktar osservazzjonijiet.

Kemm il-Ministru kif ukoll l-mara tiegħu ġew rilaxxati ftit tal-ħin wara.

L-inċident seħħ fil-limiti ta’ Ħ’Attard.