Sport Sport Ieħor

It-tieni rebħa għal William Hili fil-kategorija Elite tat-time trial

It-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina

Is-Sibt li għadda ntemm il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, bit-tielet u l-aħħar tellieqa fil-limiti tal-Miżieb.

Fil-kategorija Elite, William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tiġrija ta’ kontra l-ħin fuq distanza ta’ kilometru f’ħin ta’ 2:24.82. Brandon Sultana ta’ Gozo CC u Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT daħlu t-tieni u t-tielet rispettivament.

Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens għal darba oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-nisa meta daħlet f’2:58.94, b’vantaġġ tajjeb fuq Marion Pullicino ta’ AF Sign Studio CC u Michelle Vella Wood ta’ Team Greens.

Isaac Spiteri ta’ The Cyclist reġa’ rebaħ it-tiġrija tal-kategorija tal-Juniors meta spiċċa fuq quddiem f’ħin ta’ 2:45.63, qabel Gianluca Camilleri ta’ Birkirkara St Joseph CC.

Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC meta spiċċat l-ewwel f’ħin ta’ 2:38.05. Malcolm Cachia ta’ The Cyclist u Alan Piscopo ta’ Mosta AF Sign Studio CC. Steve Mifsud ta’ Mosta AF Sign Studio rebħet il-kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 3:19.38.

Sean Enriquez rebaħ il-kategorija ta’ taħt is-16-il sena b’vantaġġ żgħir fuq id-debuttant Għawdxi Darren Sultana ta’ Gozo CC u Malcolm Vassallo ta’ Mosta AF Sign Studio. Christina Spiteri rebħet il-kategorija ta’ taħt l-14-il sena, biċ-ċiklista ta’ The Cyclist tirbaħ f’ħin ta’ 3:36.13, b’vantaġġ ta’ 14:13 fuq Justine De Giorgio ta’ Mosta AF Sign Studio CC.

Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tielet tiġrija tiegħu fil-kategorija ta’ taħt l-14-il sena tas-subien f’ħin ta’ 3:11.36. Warajh daħlu Tristan Aquilina u Luca Vella. Miguel Galea ta’ Team Greens rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena, segwit minn Jonas Micallef u Adam Camilleri t-tnejn ta’ Mosta AF Sign Studio CC.

Ir-rebbieħa kollha

Kategorija Elite

1. William Hili (Mosta AF Sign Studio CC)              2:24.82

2. Brandon Sultana (Gozo CC)                                   2:28.32

3. Alexander Pettett (Pro Action – Volata CT)        2:33.10

Kategorija tan-nisa

1. Marie Claire Aquilina (Team Greens)                   2:58.94

2. Marion Pullicino (Mosta AF Sign Studio CC)     4:43.28

3. Michelle Vella Wood (Team Greens)                    5:05.91

Kategorija tal-Juniors

1. Isaac Spiteri (The Cyclist)                                        2:45.63

2. Gianluca Camilleri (Birkirkara St Joseph CC)    3:06.04

Kategorija tal-Masters 40+

1. Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC)               2:38.05

2. Malcolm Cachia (The Cyclist)                                2:38.62

3. Alan Piscopo (Mosta AF Sign Studio CC)            2:59.08

Kategorija tal-Masters 50+

1. Steve Mifsud (Mosta AF Sign Studio CC)             3:19.38

Kategorija ta’ taħt is-16-il sena tal-irġiel

1. Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio CC)          2:52.40

2. Darren Sultana (Gozo CC)                                      2:53.61

3. Malcolm Vassallo (Mosta AF Sign Studio CC)   2:56.00

Kategorija ta’ taħt l-14-il sena tal-bniet

1. Kristina Spiteri (The Cyclist)                                   3:36.13

2. Justine De Giorgio (Mosta AF Sign Studio CC)  3:50.26

Kategorija ta’ taħt l-14-il sena tas-subien

1. Matthew Galea Pirotta (Mosta AF Sign Studio CC) 3:11.36

2. Tristan Aquilina (Mosta AF Sign Studio CC)        3:32.90

3. Luca Vella (Birkirkara St Joseph SC)                     3:43.04

Kategorija ta’ taħt it-12-il sena tas-subien

1. Miguel Galea (Team Greens)                                   3:26.49

2. Jonas Micallef (Mosta AF Sign Studio CC)          4:20.15

3. Adam Camilleri (Mosta AF Sign Studio CC)        6:19.24