Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li d-difensur ta’ Liverpool Dejan Lovren jista’ jdum barra sa tliet ġimgħat barra minħabba injury fil-pelvis. Dan l-uġigħ ġej mill-istaġun li għadda, b’Lovric jirnexxielu jilgħab sal-aħħar tal-istaġun.
Iżda l-injury kompliet tiggrava hekk kif id-difensur lagħab u tħarreġ b’mod intensiv mal-Kroazja fit-Tazza tad-Dinja. Lovren kif regolari fid-difiża tal-Kroazja u lagħab tliet darbiet il-ħin barrani b’mod konsekuttiv, qabel mal-Kroazja tilfet kontra Franza fil-final.
“Mhux fit. Ħa ngħid din, is-sena l-oħra diġà kellu ftit problemi biha imma ovvjament seta’ jilgħab, u lagħab tajjeb ħafna. Il-ġranet li fihom jirkupra dejjem kienu biżżejjed u ma kinitx problema għaliex fis-sessjoni ta’ wara reġa’ kien hemm. Fl-aħħar tal-istaġun ftit kellna taħriġ għaliex konna qed nilagħbu ħafna, imma hu lagħab kostantament,” qal Klopp.
Il-Ġermaniż qal li minħabba li lagħab sagħtejn għal tliet darbiet fit-Tazza tad-Dinja, is-sitwazzjoni gravat ftit iżda qal li kollox jiġi għan-normal, fil-ġimgħa, fil-ġimagħtejn jew fit-tliet ġimgħat li ġejjin. Klopp żied li Lovren diġà jista’ jitħarreġ iżda mhux il-programm kollu, għalhekk ikollu bżonn il-ħin.
Fl-assenza ta’ Lovren, Liverpool għelbu lil West Ham 4-0. Joe Gomez mela l-vojt fil-qalba tad-difiża flimkien ma’ Virgil van Dijk. It-tieni logħba ta’ Liverpool tkun it-Tnejn li ġej kontra Crystal Palace f’Selhurst Park.
//= $special ?>