Anzjan ta’ 74 sena minn San Pawl il-Baħar sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni f’San Pawl il-Baħar stess.
L-inċident seħħ ftit qabel l-10.30am meta l-anzjan kien fuq scaffolding f’Dawret il-Gżejjer ta’ San Pawl u għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku li għen lill-anzjan u ħadu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, hekk kif aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>