Matul dan il-lejl żewġ irġiel ta’ nazzjonalità Niġerjana allegaw li sfaw attakkati minn raġel ieħor ta’ karnaġġjon skur.
Kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, meta ż-żewġ irġiel marru f’ċentru tas-saħħa sabiex jiġu mdewwija għal xi feriti li sofrew – fejn allegaw li sfaw aggrediti minn raġel ieħor li uża arma li taqta’ u bil-ponta.
Minħabba n-natura tal-allegazzjoni, mal-ewwel issejħu membri tal-Pulizija, iżda meta ż-żewġ irġiel ġew mitluba jagħtu deskrezzjoni tal-persuna li attakkathom matul il-lejl li għadda, huma ma setawx jagħtu diskrezzjoni tal-aggressur.
Għaldaqstant minkejja li fiċ-ċentru tas-saħħa huma ġew klassifikati li sofrew feriti gravi, ittieħdet id-deċiżjoni li ma tinfetaħx inkjesta Maġisterjali dwar il-każ hekk kif hemm ftit li xejn evidenza ta’ azzjoni kriminali.
Madanakollu, il-Pulizija xorta waħda qegħda ssegwi l-każ.
//= $special ?>