Raġel ta’ 42 sena weġġa gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10.15 fi Triq il-Kulleġġ l-antik, San Giljan.
Il-Pulizija mid-distrett ta’ San Ġiljan marru fil-post fejn minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 42 sena residenti Birkirkara ntlaqat minn vettura tat-tip Renault Clio, misjuqa minn Sud Afrikan ta 31 sena residenti Santa Venera.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-invesitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>