Futbol Sport

Luciano Spalletti jġedded il-kuntratt sal-2021

Luciano Spalletti jieħu b'idejn Steven Zhang

Wara diversi akkwisti f’dan is-suq tat-trasferimenti, Inter ħabbru li l-kowċ ta’ Inter Luciano Spalletti ffirma kuntratt ġdid li bih se jibqa’ mal-klabb għat-tliet staġuni li ġejjin sal-2021. Spalletti mexxa lil Inter fl-ewwel staġun tiegħu l-istaġun li għadda, u għen biex Inter jispiċċaw fir-raba’ post u jikkwalifikaw għaċ-Champions League għall-ewwel darba wara nuqqas ta’ sitt snin.

Luciano Spalletti rringrazzja lill-familja Zhang u l-klabb li tah iċ-ċans li jestendi l-kuntratt. “Irrid nisħaq li l-firma kienet konferma uffiċjali ta’ dak li kien hemm fis-seħħ, hekk kif ix-xewqa tiegħi kienet li nkomplu nissieltu flimkien għal dan il-klabb kbir.”

Iben is-sid ta’ Inter Steven Zhang qal li fil-110 sena ta’ Inter saru diversi deċiżjonijiet tajbin bil-klabb jerġa’ jitpoġġa fit-triq it-tajba. Hu qal li l-istaġun li għadda Spalletti u l-istaff tiegħu rnexxielhom itejbu t-tim u jwasslu lill-klabb għall-akbar kompetizzjoni Ewropea. Hu qal li l-ftehim juri kunfidenza kbira fi Spalletti u l-istabbiltà fit-tul tat-tim.