Futbol Sport

Roma jħabbru l-akkwist ta’ Steven Nzonzi

Roma komplew isaħħu l-iskwadra b’akkwist importanti hekk kif ilbieraħ ħabbru l-akkwist ta’ Steven Nzonzi. Il-klabb Taljan laħaq il-ftehim ma’ Sevilla għall-akkwist tal-midfielder li se jerġa’ jiltaqa mad-Direttur Sportiv Monchi wara ż-żmien tagħhom ma’ Sevilla.

It-tim tal-kapitali Taljana akkwistaw lil Nzonzi għas-somma ta’ €26.5 miljuni flimkien ma’ €4 miljuni bonus, bil-plejer jasal fl-ajruport ta’ Ciampino lbieraħ wara nofsinhar, fejn għamel ukoll l-eżami mediku. Il-Franċiż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ffirma kuntratt ta’ erba’ snin.

Monchi kien akkwista lil Nzonzi ma’ Sevilla fl-2015 għal €10 miljuni. Fi tliet snin ma’ Sevilla, Nzonzi rebaħ l-Europa League fl-2015 bħala protagonista u lagħab total ta’ 90 logħba li fihom skorja sitt gowls.