L-eks internazzjonali tal-Brażil Ronaldo ħareġ mill-isptar ta’ Ibiża wara li sofra minn influwenza kbira meta kien f’vaganza. Ronaldo li għandu 41 sena, daħal l-isptar il-Ġimgħa wara li kien rappurtat li kien qed isofri minn pneumonia. Sorsi mill-isptar qalu lill-media Spanjola li Ronaldo ħalla l-isptar illum.
Il-Ħadd, Ronaldo assigura l-partitarji tiegħu fuq il-media soċjali li kien jinsab tajjeb u kien lest li jmur lura d-dar. Ronaldo li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ seba’ klabbs, kien fuq vaganza f’Ibiża, fejn hu sid ta’ dar.
Il-karriera tal-eks attakkant intemmet seba’ snin ilu wara żewġ staġuni ma’ Corinthians. Hu kien skorer prolifiku ma’ uħud mill-aqwa timijiet fl-Ewropa fosthom Barcelona, Inter, Real Madrid u Milan, u hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkant fl-istorja. Hu rebaħ darbtejn il-Ballun tad-Deheb fl-1997 u fl-2002.
//= $special ?>