Lokali Saħħa

FILMAT: “L-isfida hija iebsa, iżda ninsab determinat”

Li tgħix ħajtek issofri mill-Parkinson’s tfisser tip ta’ ħajja fejn kull ġurnata hija sfida.

F’ċerti ġranet tkun tistà timxi mgħaġġel. Fi ġranet oħra bilkemm tkun tista’ tkarkar saqajk, u f’każjiet oħra tkun tista’ tagħmel biss passi żgħar.

Il-Parkinsons’ hija kundizzjoni newroloġika progressiva, jiġifieri taffettwa n-nervituri u hija kkaratterizzata l-aktar minn problemi li jikkonċernaw il-movimenti tal-ġisem, magħrufa bħala ‘sintomi motorji’ – forsi l-iktar identifikabbli hija r-rogħda.

Jista’ jkun hemm ukoll diffikultajiet oħra li mhumiex relatati mal-moviment, bħal uġigħ, problemi fl-irqad u dipressjoni.

Net News tkellem ma’ David Borda li sfortunatament beda jsofri mill-Parkinsons’ meta kien għad kellu 40 sena, u saħansitra kellu bżonn intervent f’rasu.

Stqarr magħna kif sab sapport minn sħabu tax-xogħol u kif ukoll mill-familja, fejn għalkemm għall-bidu kienet diffiċli biex jifmhuh, issa huma qed jagħtu appoġġ u sostenn. Huwa qalilna wkoll fuq l-isfidi li qed jaffronta.