“Dak li ġara lbieraħ ma kienx kumbinazzjoni, imma kienet traġedja ikkawżata minn żball uman”. Hekk stqarr il-Prokuratur ta’ Genova, Francesco Cozzi, il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta wara t-traġedja tal-Ponte Morandi.
Cozzi sostna li l-inkjesta għandha tasal biex twieġeb id-domanda għaliex seħħet din it-traġedja. “Dan mhux sempliċi inċident. Kien żball uman ċar. U kien għalhekk li ftaħna inkjesta b’akkużi serji ta’ qtil involontarju”.
U skont il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi di Maio, il-kumpanija Autostrade per l’Italia għandha tinżamm responsabbli tat-traġedja tal-bieraħ f’Genova.
“Min hu responsabbli għandu isem u kunjom. Nafu min huma. Autostrade per l’Italia”, qal Di Maio.
Hu insista li t-tender li għandha din il-kumpanija biex isir il-bini u l-manutenzjoni tat-toroq ewlenin fl-Italja għandu jiġi osservat.
“Qalulna li l-pont kien sigur. Dawn huma biss skużi”, sostna l-Viċi Prim Ministru Taljan.
//= $special ?>