Lokali

Membri Protezzjoni Ċivili jqattgħu s-sigħat bikrin ta’ filgħodu jissieltu ma’ nar qawwi fil-Marsa

Il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kien wieħed ta’ ħidma bla heda għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kienu msejħa biex jikkontrollaw nar qawwi li ħakem u kkawża ħsara kbira f’dgħajsa li kienet mal-Moll tal-Braken, fil-Marsa.

Il-Pulizija kienu nfurmati b’dan il-każ, li seħħ fl-inħawi tat-Tinda tal-Patata, għall-ħabta tas-02:20. Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ, bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili jqattgħu ħin twil ta’ ħidma biex jassiguraw li jitneħħa kull periklu.

Dwar dan il-każ għaddejja Inkjesta Maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat Audrey Demicoli, li ħatret diversi esperti biex jassistuha. S’issa għad mhux magħruf x’wassal għal dan il-każ.