Jismu Luigi x-xufier tal-vann illi issa sar simbolu tat-traġedja tal-bieraħ f’Genova – vann li sa dalgħodu għadu jidher fit-tarf tal-pont, eżatt qabel il-parti li krollat.
Minn isfel wieħed jista’ jinnota li l-magna tal-vann għadha mixgħula għaliex il-wipers għadhom jaħdmu.
Hekk ħallih il-vann, meta fil-paniku Luigi qabad u ħareġ biex jiġri lura u jaħrab mid-devastazzjoni li ra quddiemu.
“Irrid ngħid li għadni ħaj għax qabżitni karozza. U dak il-ħin kelli innaqqas il-veloċita'”, irrakkonta x-xufier mal-media Taljana. “Eżatt sekonda wara, rajt din il-karozza tinbelgħa fil-vojt ta’ taħtna. U magħha kien hemm diversi vetturi li kienu kollha qed isuqu quddiemi”.
Malli ra hekk, Luigi ħa break qawwi, daħħal ir-reverse, u wara li saq lura ħarab mill-vann.
“Ħallejt il-vann hemm, bil-magna mixgħula”.
//= $special ?>