Lokali

RITRATTI: Pellegrinaġġ tal-muturi mill-Imġarr sa Ħad-Dingli

F’Santa Marija, dilettanti tal-muturi ngħaqdu flimkien u wettqu pellegrinaġġ mill-Imġarr sa Ħad-Dingli. Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ dan il-pellegrinaġġ.

NET News segwa dan il-vjaġġ fejn fost oħrajn tkellimna ma’ wieħed mill-organizzaturi.

Kemm l-Arċipriet tal-paroċċa tal-Imġarr kif ukoll dak ta’ Ħad-Dingli indirizzaw lil dawk li ħadu sehem filwaqt li rringrazzjaw lil kull min għen fl-organizzazzjoni tal-pellegrinaġġ u lil dawk li pparteċipaw.

Il-muturi tbierku qabel ma telqu, mill-Arċipriet tal-Imġarr u mal-wasla tagħhom, mill-Arċipriet ta’ Ħad-Dingli.

Fost il-muturi kien hemm mudell partikolari li spikka, mutur li kien parti mill-Forzi tal-Pulizija tas-sena 1947.

NET News intervista wkoll wieħed mid-dilettanti u staqsejnieh dwar x’ħajru jibda jieħu sehem f’din l-inizjattiva.

Id-donazzjonijiet li jinġabru jingħataw lid-Dar tal-Providenza. Din is-sena nġabru €250.