Serena Williams kienet eliminata mit-tieni rawnd f’Cincinnati b’telfa ta’ 6-3, 2-6, 6-3 konta Petra Kvitova, biex b’hekk intemmet it-tama tagħha li tirbaħ dan it-tournament għat-tielet darba.
Williams naqset li żżomm ir-ritmu tas-service b’saħħtu ta’ Kvitorva, u qatt ma ħolqot opportunità ta’ break point. Iżda t-23 darba rebbieħa ta’ Grand Slam tjiebet fit-tieni set b’service aħjar filwaqt li bdiet tirritorna l-ballun aktar b’saħħithom, bil-pubbliku preżenti jagħtiha s-sapport.
Williams dehret fil-vantaġġ meta kisret is-service ta’ Kvitova biex bdiet it-tielet set tajjeb, iżda d-darbtejn rebbieħa ta’ Grand Slam tejbet il-logħba tagħha fis-service, biex fit-tielet rawnd tilgħab kontra Kristina Mladenovic. Għal Williams, din it-telfa hi daqqa ta’ ħarta oħra fit-tentattiv li tirritorna fil-quċċata tar-rankings wara li s-sena l-oħra welldet.
Mladenovic eliminat aktar kmieni lil Viktoria Kuzmova 6-3, 6-0 filwaqt li s-sid numru sitta Caroline Garcia għelbet lil Victoria Azarenka 6-4, 7-5 biex avvanzat għat-tielet rawnd.
//= $special ?>