Jinstab plastik illi weħel fil-ġewwieni tagħha
Dawn li qed taraw huma r-ritratti ta’ fekruna rari magħrufa bħala Leatherback Turtle li nstabet mejta ‘l barra minn Għawdex din il-ġimgħa.
Il-fekruna ġiet misjuba minn grupp ta’ għaddasa fosthom David Hayler-Montague, li hu għaddas barrani, u li poġġa’ din l-istorja fuq Facebook.
Il-fekruna kienet tiżen 190 kilogramma, u jidher li mietet wara li belgħet ammont kbir ta’ plastik.