Lokali

6 personalitajiet jibdew avventura fl-Indja biex jgħinu tfal orfni

Jibdew l-avventura grupp ta’ sitt personalitajiet Maltin li fil-jiem li ġejjin se jkunu qiegħdin jaħdmu għall-missjoni fl-Indja. Għat-tielet sena, dan il-Proġett se jkun qed iwassal biex dawn is-sitt persuni jgħinu biex post mitluq jinbidel f’wieħed fejn ikunu jistgħu jgħixu fih tfal orfni.

Fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, NET News iltaqa’ mal-grupp.

Ix-xogħol u ġbir ta’ fondi b’risq din l-inizzjattiva bdew sena ilu hekk kif għaxar personalitajiet ħadmu bla qies biex jiġbru l-flus f’attivitajiet diversi li ġew organizzati minn MRDC u MISSIO Malta.

Oriġinarjament, fil-Proġett kien hemm 10 personalitajiet, iżda minħabba raġunijiet finanzjarji se jkunu sitta li se jitilgħu għal din l-avventura.

Qabel, il-biċċa art kienet orfanatrofju fejn diversi tfal foqra kienu jgħixu b’saqaf fuq rashom. B’hekk, din l-istess art se terġa’ tinbena bl-istess skop.

Ritratti: Martin Aguis

Ikkummenta