Kienet ġurnata normali għall-familja ta’ Jacob Cachia fil-kafetterija tagħhom … sakemm qalb l-ittri li rċevew isibu ittra li ntbagħtet mill-Palazz tar-Reġina Eliżabetta.
B’eċitament fuqha, Sarah Cachia spjegat ma’ Net News kif il-ktieb li kitbet hi dwar binha, jinsab f’idejn ir-Reġina u taf bl-istorja tagħhom – storja ta’ kuraġġ għal dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli.
Sarah qaltilna li għalkemm tinsab ferħana ħafna bir-rikonoxximent li ngħataw f’Marzu, u issa li rċevew l-ittra tawgura lil familja fil-ħidma tagħhom, l-iskop ewlieni tagħha se jibqa’ li taħdem biex tgħin lil pazjenti li jkunu għaddejjin jew għaddew minn żmien diffiċli.
Madanakollu, Sarah xorta tapprezza l-fatt li l-ktieb wasal għand ir-Reġina u qaltilna bir-reazzjoni tagħhom hekk kif fetħu l-ittra.
Wara li Jacob beda jirkupra mill-marda li t-tobba qalu li ma tantx hemm tama għaliha, ommu kreat grupp fuq Facebook bl-isem ta’ Survivors Malta. Xi żmien wara seħħet il-ħolma ta’ Jacob fejn fetaħ ħanut tal-kafe biex jgħin persuni bi problemi.
Infatti l-ħidma tal-familja Cachia ma tieqafx hawnhekk hekk kif bħalissa għaddejjin żewġ proġetti, wieħed minnhom se jkun qed jgħati lil qraba xi ikel b’xejn fl-Isptar Mater Dei. Dan biex il-qraba ma jitilqux minn ħdejn il-pazjenti.
Il-proġett l-ieħor se jkun li ’l quddiem se tinbena kamra biex il-pazjenti jkunu jistgħu jerġaw jiltaqaw mal-annimali domestiċi tagħhom bħala sens ta’ terapija.
Ritratti: Martin Aguis
//= $special ?>