Internazzjonali

L-art f’Molise titheżżeż f’terremot li tkejjel 5.2 fuq l-Iskala Richter

L-art f’Molise (l-Italja) llejla theżżet għal xi ħin f’terremot li tkejjel 5.2 fuq l-Iskala Richter.

L-epiċentru tat-terremot, li seħħ għall-ħabta tat-8.20pm, kien madwar 4km ‘l barra minn Montecilfone (fil-provinċja ta’ Campobasso).

Il-poplu fiż-żona milquta ħarġu immedjatament fit-toroq, hekk kif it-theżżiż inħass ukoll f’Campania, Abruzzo, Puglia in-nofsinhar ta’ Lazio u parti mill-kapitali Ruma.

Fil-minuti ta’ wara, sad-9pm, inħassu wkoll sitt theżżiżiet oħra, li tkejlu bejn 2.1 u 3.0 fuq l-Iskala Richter fi bliet qrib. Iżda fortunatament, ħadd ma tilef ħajtu f’dan it-theżżiż.