Għall-ewwel darba, partita tal-kampjonat Spanjol La Liga se tintlagħab fl-Istati Uniti. Il-pjan hu parti minn ftehim ta’ 15-il sena bejn La Liga u kumpanija tal-media Relevent, li torganizza l-International Champions Cup biex tippromwovi l-futbol fl-Amerika ta’ Fuq.
Il-President tal-La Liga Javier Tebas sejjaħ dan il-ftehim bħala storiku. Il-Premier League fil-passat kien iddiskuta li jilgħab id-39 logħba tal-kampjonat barra l-Ingilterra u Wales. Mistoqsi jekk il-logħba fl-Istati Uniti hux se ssir u jekk hux se tkun parti mill-kampjonat regolari, La Liga qalet li ma tistax tikkonferma la t-timijiet, il-logħba, id-data jew l-istaġun.
Fil-passat, Tebas qal li l-El Clasico bejn Real Madrid u Barcelona qatt mhu se tintlagħab barra minn Spanja. Iżda l-partita ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ klabbs f’Miami f’Lulju tas-sena l-oħra bħala parti mill-International Champions Cup. Din kienet l-ewwel darba li dawn it-tnejn lagħbu barra Spanja mill-1991. Il-Ħadd li għadda, is-Super Cup ta’ Spanja ntlagħbet f’Marokk li kienet l-ewwel darba li l-kompetizzjoni ntlagħbet Spanja.
Iċ-chairman u sid ta’ Relevent Media Stephen Ross qal li dan il-ftehim hu pass ta’ ġgant fit-tkabbri tal-popolarità tal-futbol fl-Amerika ta’ Fuq. Hu żied li din ir-relazzjoni unika se toħloq aktar opportunitajiet għal miljuni ta’ partitarji tal-Amerika ta’ Fuq li jesperjenza kampjonat tal-futbol tal-ogħla livell fid-dinja.
//= $special ?>