Internazzjonali Mużika

Madonna tagħlaq 60 sena

Il-kantanta Amerikana Madonna marret lejn Marrakech fil-Marokk biex tiċċelebra għeluq is-60 sena tagħha.
Lejlet il-birthday tagħha, Madonna għamlet post fuq Facebook fejn kitbet Walking thru the Labyrinth of the Medina during the Call to Prayer. Imbagħad poġġiet filmat miġbud fis-sqaq ta’ Marrakech matul il-lejl.
Tul dawn l-aħħar ġranet hi poġġiet diversi ritratti fuq Facebook fil-Marokk. Sorsi fil-Marokk qalu li l-Pulizija kienet qed iżomm għassa stretta fuq Madonna u jżommu l-ġurnalisti ’l bogħod
Għall-okkażjoni, Madonna għamlet inizjattiva biex jinġabru l-flus għat-tfal fil-bżonn fil-Malawi. Il-kantanta adottat erbat itfal minn dan il-pajjiż Afrikan.