Il-Gvern ta’ New Zealand ipprojbixxa lil ħafna barranin milli jixtru propjetà fil-pajjiż, fi sforz biex jikkontrolla ż-żieda li qed ikun hemm fil-prezz tal-bini.
L-Erbgħa, il-Gvern għadda liġi li biha ċ-ċittadini ta’ New Zealand biss jistgħu jixtru d-djar. Dan qed isir għaliex f’Auckland u fi bliet oħra kien hemm ħafna rapporti li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra kienu qed jixtru r-residenzi hemmhekk.
Bħala konsegwenza bdew jiżdiedu l-prez-zijiet tal-propjetà u n-nies tal-lokal issa qed isibuha diffiċli biex jixtru dar għalihom. L-istatistika turi li madwar 3% tad-djar fi New Zealand huma f’idejn il-barranin. Imma fiz-zona pittoreska ta’ Queenstown, ir-rata tlaħħaq il-5%, u 22% fiċ-ċentru ta’ Auckland. Il-liġi hi wkoll wegħda elettorali tal-gvern il-ġdid.
Fil-liġi hemm xi eċċezzjonijiet: jistgħu jixtru r-residenti permanenti u persuni mill-Awstralja u minn Singapore minħabba li hemm ftehim ta’ kummerċ ħieles bejniethom. Il-barranin xorta se jkunu jistgħu jagħmlu investimenti limitati fi blokkijiet kbar ta’ appartamenti u lukandi. David Parker, il-Viċi Ministru tal-Finanzi, hekk kif għaddiet il-liġi qal li ċ-ċittadini ta’ New Zealand kellhom dritt jixtru dar għal prezz ġust.
//= $special ?>

