Futbol Sport

Posposti żewġ logħbiet tas-Serie A

Illum tħabbar li tħassru ż-żewġ partiti mill-ewwel ġurnata tas-Serie A bejn Sampdoria u Fiorentina kif ukoll Milan kontra Genoa. Dan wara li l-Lega Serie A aċċetta r-rikjesti ta’ Genoa u Sampdoria li dawn il-logħba ma jintlagħbux wara t-traġedja li laqtet il-belt ta’ Ġenova. Id-data l-ġdida ta’ dawn il-logħbiet għad trid tiġi kkomunikata.

Sa issa l-kumplament tal-logħba mill-ewwel ġurnata tas-Serie A se jsiru kif skedat iżda qabel il-bidu tal-logħba se tkun osservata minuta ta’ silenzju u t-timijiet se jkollhom kollha faxxa sewda. L-ewwel logħba tal-kampjonat se tkun dik tas-Sibt bejn Chievo u Juventus fis-6.00pm, b’Lazio jilagħbu kontra Napoli fit-8.30pm.