● Il-parti mill-Pont Morandi li kkrollat fiha madwar 200 metru.
● Il-pont kien inbena tul l-autostrada A10 li tgħaqqad Ġenova mal-fruntiera Franċiża.
● Il-pont jgħaddi minn fuq ix-xmara Polcevera, li taqsam id-distretti ta’ Sampierdarena u Cornigliano.
● Dan il-pont iservi ta’ rotta ewlenija mill-port ta’ Ġenova għall-merkanzija.
● Il-pont hu xogħol l-Inġinier Riccardo Morandi u nbena bejn l-1963 u l-1967 mis-Società Italiana Per Condotte D’Acqua Spa.
● Riccardo Morandi kien ukoll il-moħħ wara l-pont tal-Bajja ta’ Maracaibo fil-Veneżwela. Fl-1964, sentejn wara li nbena, parti minn dan il-pont ikkrollat wara li l-pont intlaqat minn bowser tal-petrol. ● Morandi wkoll għen fil-bini ta’ pontijiet f’Firenze u f’Ruma qrib l-ajruport ta’ Fiumicino.
● Riccardo Morandi kien għamel suwiċidju f’Jum il-Milied tal-1989.
● Il-pont kien inawgurat fl-4 ta’ Settembru tal-1967 mill-Pre-sident Taljan Giuseppe Saragat.
● Il-pont hu twil 1,102 metri, għoli mill-art 45 metru u għandu tliet strutturi tal-konkos iżommuh, għoljin 90 metru.
● Fl-2016 kien beda xogħol ta’ ristrutturar fuqu filwaqt li fis-snin ta’ qabel kienu sarulu xi tiswijiet.
//= $special ?>








