Fl-Istati Uniti tħabbret il-mewt tal-kantanta leġġendarja Aretha Franklin magħrufa bħala The Queen of Soul.
Hi kellha 76 sena u mietet f’Detroit, il-belt fejn trabbiet.
Fl-2010 kien instabilha kanċer u s-sena li għaddiet ħabbret li kienet qed tiritra mix-xena mużikali.
Tul il-karriera tagħha, Franklin kellha 20 kanzunetta li telgħu sal-quċċata tal-klasifika Amerikana.
//= $special ?>