Tlett irġiel li kienu nvoluti fi ġlieda għall ħabta tat-3.30 ta’ dalgħodu soffrew ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ fi Triq id-Dragonara, San Ġiljan.
It-tlett irġiel kollha kellhom ġrieħi li jirriżultaw minn arma li taqta u bil-ponta.
Jidher li raġel Libjan ta’ 22 sena aggredixxa ż-żewġt irġiel l-oħra, raġel ta’ 38 mill-Kosta t’Avorju u ieħor Libjan ta’ 32 sena.
L-aggressur ġie arrestsat ftit wara u ttieħed il-polyclinic tal-Furjana għall kura wara li nstab li hu wkoll ġarrab ġrieħi ħfief.
//= $special ?>