Sport Sport Ieħor

William Hili jirbaħ il-kampjonat nazzjonali tat-time trial

Marie Claire Aquilina tirbaħ il-kategorija tan-nisa

William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Hili spiċċa b’total ta’ 575 punt wara rebħiet fl-Imtarfa u l-Miżieb u t-tieni post fl-Imrieħel. Alexander Pettett temm it-tieni 65 punt warajh filwaqt li l-eks champion Etienne Bonello ta’ Team Greens temm it-tielet b’455 punt.

Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens rebħet il-kategorija tan-nisa b’massimu ta’ 600 punt wara li rebħet it-tliet tiġrijiet li saru dan l-istaġun. Hi kkonfermat id-dominanza tagħha hekk kif rebħet il-kampjonat tat-triq ukoll. Michele Vella Wood spiċċat it-tieni b’505 punti filwaqt li Marion Pullicino kiseb it-tielet post b’455 punt.

Isaac Spiteri rebaħ il-kampjonat tal-Juniors meta hu wkoll rebaħ it-tliet tiġrijiet tiegħu. Bħal Marie Claire Aquilina, Spiteri għamel doppjetta wara li ġimgħat ilu kien spiċċa wkoll rebbieħ tal-kampjonat tat-triq. Gianluca Camilleri spiċċa fit-tieni post b’525 punt filwaqt li distakkat fit-tielet post b’157 punt temm Nicholas Vella.

Ivan Zammit rebaħ il-kategorija tal-Masters 40+ meta temm b’575 punt. Hu rebaħ it-tiġrijiet li saru fl-Imtarfa u l-Miżieb kif ukoll temm it-tieni fl-Imrieħel. B’hekk hu rebaħ il-kategorija għat-tieni sena konsekuttiva. Malcolm Cachia spiċċa t-tieni b’480 punt segwit minn Nicholas Schembri.

Il-kampjonat tal-Masters 50+ intrebaħ minn Steve Mifsud li spiċċa b’punti massimi b’distakk enormi fuq Mark Schembri u Joseph Micallef.

Permezz tar-rebħiet fl-Imtarfa u l-Miżieb u t-tielet post fl-Imrieħel, Sean Enriquez rebaħ il-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena. Għalih dan kien it-tieni kampjonat wara li rebaħ ukoll it-titlu fil-kampjonat tat-triq. Michael Sean Darmanin u Malcolm Vassallo komplew il-podju.

Christina Spiteri rebħet it-tiġrijiet kollha fil-kategorija ta’ taħt l-14-il sena tal-bniet u Matthew Galea Pirotta għamel l-istess fil-kategorija tas-subien.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu rringrazzjat liċ-ċiklisti u l-uffiċjali tal-klabbs għas-sehem tagħhom u lil diversi għaqdiet tal-għajnuna.

Klassifika Ġenerali

Kategorija Elite

1. William Hili (Mosta AF Sign Studio CC)          575 punt

2. Alexander Pettett (Pro-Action – Volata CT)   510 punti

3. Etienne Bonello (Team Greens)                        455 punt

Kategorija tan-nisa

1. Marie Claire Aquilina (Team Greens)               600 punt

2. Michele Vella Wood (Team Greens)                 505 punti

3. Marion Pullicino (Mosta AF Sign Studio CC) 455 punt

Kategorija tal-juniors

1. Isaac Spiteri (The Cyclist)                                    600 punt

2. Gianluca Camilleri (Birkirkara St Joseph SC) 525 punt

3. Nicholas Vella (Agones SFC)                               155 punt

Kategorija tal-Masters 40+

1. Ivan Zammit (Birkirkara St Joseph SC)            575 punt

2. Malcolm Cachia (The Cyclist)                             480 punt

3. Nicholas Schembri (Mosta AF Sign Studio CC)        385 punt

Kategorija tal-Masters 50+

1. Steve Mifsud (Mosta AF Sign Studio CC)          600 punt

2. Mark Schembri (Mosta AF Sign Studio CC)     175 punt

3. Joseph Micallef (The Cyclist)                               175 punt

Kategorija ta’ taħt is-16-il sena tas-subien

1. Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio CC)        555 punt

2. Michael Sean Darmanin (Mosta AF Sign Studio CC)         425 punt

3. Malcolm Vassallo (Mosta AF Sign Studio CC)  355 punt

Kategorija ta’ taħt l-14-il sena tal-bniet

1. Christina Spiteri (The Cyclist)                               600 punt

2. Justine Degiorgio (Mosta AF Sign Studio CC)  350 punt

3. Bettina Falzon (Mosta AF Sign Studio CC)        315-il punt

Kategorija ta’ taħt l-14-il sena tas-subien

1. Matthew Galea Pirotta (Mosta AF Sign Studio CC)  600 punt

2. Tristan Aquilina (Mosta AF Sign Studio CC)    525 punt

3. Leon Aquilina (Mosta AF Sign Studio CC)        410 punt