Lokali

Ajruplan tal-Air Malta jdur lura wara 40 minuta fl-ajru

Ġurnata ġdida u d-dewmien tat-titjiriet tal-Air Malta ma jonqsux.

Waħda mit-titjiriet li waslet tard kienet dik li kienet fi triqitha lejn l-Ingilterra minn Malta, bil-passiġġiera damu mill-inqas 5 sigħat abbord l-ajruplan biss.

Dawk abbord l-ajurplan KM182 ġew infurmati li wara 40 minuta fl-ajru, kienu se jduru lura Malta hekk kien hemm xi ħsara fil-bibien tal-emerġenza. B’hekk, it-titjira li kellha tasal fid-destinazzjoni tagħha għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, spiċċat waslet wara nofsinhar.

Intant, matul il-ġurnata kien hemm diversi titjiriet, kemm dawk li telqu minn Malta u oħrajn li waslu Malta, li ttardjaw.

Fost dawk li ttardjaw kien hemm 4 titjiriet li telqu minn Malta lejn Zurich, Comiso, Heathrow u Lourdes bid-dewmien ikun saħansitra ta’ siegħa u 40 minuta.

Minn naħa l-oħra, 4 titjiriet oħra sofrew minn dewmien ukoll hekk kif dawk li telqu minn Amsterdam, Lyon, Palermo u Heathrow kellhom dewmien.