Dawk li qed jitqiesu bħala l-agħar għargħar fl-Istat Indjan ta’ Kerala f’seklu, ħallew tal-anqas 164 persuna mejta u wasslu biex mal-200,000 persuna jaħarbu minn djarhom.
Dan hekk kif il-miżerja minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp se tkompli peress li qed tkompli x-xita qalila.
Issa hemm stennija li l-militar jgħin fil-ħidma li qed issir hekk kif il-Prim Ministru Narendra Modi kellu jżur iz-zoni milquta.
Bħalissa hu l-istaġun tal-monsoon fl-Indja, imma l-Istat ta’ Kerala nħakem minn 37 fil-mija xita aktar mis-soltu.
//= $special ?>

