Futbol Sport

FUTBOL FIR-RENJU UNIT: Man City jitilfu lil Kevin de Bruyne għal tliet xhur

Iċ-champions tal-Ingilterra, Manchester City, ikkonfermaw li l-midfielder Belġjan, Kevin de Bruyne, se jkun barra għal tliet xhur minħabba injury li sofra waqt sessjoni ta’ training, f’nofs il-ġimgħa.

De Bruyne, li kien wieħed mill-plejers kruċjali għal Belġju fit-Tazza tad-Dinja, lagħab bħala sostitut fir-rebħa, 2-0, ta’ City fuq Arsenal fl-ewwel impenn tal-Premiership. Intant, it-tobba, issa, ikkonfermaw li hu għandu problemi fil-ligamenti ta’ irkopptu, għalkemm mhemmx bżonn li ssirlu operazzjoni.

De Bruyne għandu jitlef il-konfronti ma’ Liverpool, Tottenham u Man Utd fil-kampjonat flimkien mal-ewwel logħob għal City fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.

Fl-2016, de Bruyne kien tilef 12 il-logħba minħabba injury fl-istess irkoppa li sofra waqt ir-rebħa fuq Everton fis-semi-finali tal-English League Cup.

Sadanittant, il-Belġjan kien ivvutat bħala l-plejer tal-istaġun għal City għall-kampjonat 2017-18. Dan wara li hu skorja 21 gowl waqt li provda 21 assist< b’Man City jikkonkludu ‘double’ bir-rebħ tal-kampjonat u l-League Cup.