Il-klabb ta’ Ligue 1, Bordeaux, issospenda għal ġimgħa lill-manager, Gus Poyet, wara li l-Urugwen ikkritika l-bejgħ tal-attakkant, Gaetan Laborde lil Montpellier, li qal li seħħ mingħajr il-permess tiegħu.
Poyet, kien anki hedded li jirriżenja wara r-rebħa ( fil-lejl tal-Ħamis) ta’ Bordeaux fuq Mariupol fl-Europa League u fejn sostna li ‘ma jafx jekk dawn jistgħux ikunu l-aħħar sigħat tiegħu bħala manager tal-klabb’
Hu jinsab iddispjaċut wara li kien talab lill-klabb biex ma jbiegħx lil Laborde sakemm jaċċerta minn attakkant ġdid iżda l-President ta’ Bordeaux, Stephane Martin, irrefera ‘għat-tensjoni li għaddejja f’dan iż-żmien tat-trasfeimenti’ fejn ikkritika lil Poyet ‘talli qed jaħseb li hu akbar mill-klabb’.
Mistenni li Poyet u d-diriġenti ta’Bordeaux jiddiskutu ‘is-sitwazzjoni’ ladarba l-manager jiskonta s-sospensjoni.
//= $special ?>