HIBERNIANS…………. 2 PIETÀ H…………………. 1
Hibernians: A. Hogg, D. Vella, N. Radojevic, J. Mbong, M. Dias, J. Degabriele, I. Ntow, J. Bezzina (T. Correa 75’), A. Agius, I. Blazevic (B. Kristensen 56’), T. Adan Fonseca (T. Tabone Desira 83’)
Pietà: N. Vella, T. Ose, , C. Degabriele, D. Agius, P. Chimezie (T. Bartolo 94’), J. Busuttil (N. Pisani 93’), G. Mensah (A. Mizzi 79’), J. Artiaga, C. Grech, S. Nakamura, I. Jalo
Imwissija: I. Ntow 24’, N. Radojevic 31’, J. Mbong 64’ (H), I. Jalo 17’, S. Nakamura 86’ (P)
Tkeċċa: I. Jalo 68’ (P)
Skorjaw: J. Degabriele 9’, T. Correa 92’ (H), A. Agius 54’ og (P)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Christopher Francalanza, Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Attendenza: 821
Gowl fil-ħin miżjud ta rebħa importanti lil Hibernians hekk kif għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1 f’konfront li Pietà għandhom għaliex iħossuhom sfortunati wara li kkontrollaw lill-avversarji għal ħafna ħin.
Hibernians ma kellhomx wirja brillanti iżda jieħdu din ir-rebħa bħala bidu li għandu jagħtihom kuraġġ fi skwadra li sa issa ma tidhirx li għandha tissielet għar-rebħ tal-kampjonat.
Hibernians marru fil-vantaġġ wara disa’ minuti meta Tiago Adan Fonseca qassam lejn JURGEN DEGABRIELE li għeleb lil Nicholas Vella b’xutt tipiku tiegħu għar-rokna. Hibernians urew li kienu l-aħjar tim u setgħu rduppjaw meta Adan Fonseca daħal fil-kaxxa u kellu t-tentattiv blokkat parzjalment minn Vella, bil-ballun jaħbat ma’ Christian Degabriele u spiċċa ftit barra.
Fil-41 minuta Andrew Hogg għalaq tajjeb biex ċaħħad il-gowl tad-draw lil Jan Busuttil, biex tliet minuti wara Johann Bezzina mar viċin li jirdoppja bi free-kick li stampa mal-mimduda.
Pietà ġabu d-draw fl-54 minuta meta Gabriel Mensah għadda tajjeb mil-lemin u krossja fil-baxx, b’Hogg jimblokka parzjalment iżda l-ballun ħabat mad-difensur Andrei Agius u spiċċa fix-xibka tiegħu stess. It-tim ta’ Ramon Zammit kellu jkompli l-logħba b’raġel anqas fit-68 minuta meta Ishaya Yalo ntweta t-tieni karta safra.
B’inferjorità numerika, Pietà marru viċin il-gowl tal-vantaġġ fl-74 minuta meta Mensah krossja mix-xellug fil-kaxxa, b’Paul Chimezie jogħla iżda d-daqqa ta’ ras mill-viċin għaddiet fuq il-lasta. Hibernians żiedu l-pressjoni u kellu jkun fit-92 minuta li ġew premjati meta s-sostitut TAYLON CORREA rċieva passaġġ mix-xellug u xxuttja mill-ewwel mill-kaxxa, bil-ballun jaħbat mal-mimduda u ġie ġġudikat mir-referee li niżel wara l-linja, gowl li fisser it-tliet punti.
//= $special ?>