Lokali

Ġrieden fil-housing fil-Floriana; “l-ilmenti saru, iżda azzjoni xejn”

Ġurdien ilu mejjet kważi jumejn fl-entratura ta' waħda mill-binjiet.

Numru ta’ residenti li tkellmu magħna qed jilmentaw li fil-binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Floriana hemm numru ta’ ġrieden. F’ritratt mibgħut mill-qarrejja tagħna tidher xena xejn pjaċevoli ta’ ġurdien mejjet fl-entratura ta’ waħda mill-binjiet tal-housing fil-Floriana.

Persuna li tkellmet magħna qaltilna li l-ġurdien ilu hemm kważi jumejn, b’rapporti kontinwi lill-awtoritajiet konċernati iżda madankollu ma tittieħed l-ebda azzjoni. “L-ilmenti saru, iżda azzjoni xejn, ilna nċemplu lill-housing iżda l-ġrieden baqgħu ġejjin”.

Oħrajn fil-post qalulna li hija tal-mistħija li fl-eqqel tas-sajf, ilmenti bħal dawn ma jingħatawx widen dan hekk kif bħalissa l-irwejjaħ u kif ukoll il-mard hemm ċans li jinxterdu aktar. Oħrajn qalulna li kultant iħossuhom qishom qed jgħixu f’remissa, fl-istat tal-komun ta’ uħud mill-binjiet.