Internazzjonali

Iċ-Ċina qed tlesti biex tattakka miri Amerikani

Fir-rapport annwali tal-Pentagon lill-Kungress Amerikan, saret twissija li aktarx iċ-Ċina qed thejji l-militar tagħha biex ikun kapaċi jattakka qagħdiet fl-Istati Uniti kif ukoll pajjiżi alleati tal-Istati Uniti fiz-zona tal-Oċean Paċifiku.
Ir-rapport jsemmi wkoll kif kull ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżdied il-kapaċità taċ-Ċina li tibgħat ajruplani militari tul distanzi kbar, dan apparti li qed tiżdied in-nefqa militari li hu stmat li hu ta’ madwar 190 biljun dollaru.
Id-dokument ukoll iwissi li ċ-Ċina qed tlesti biex tgħaqqad lit-Tajwan mal-kumplament tal-pajjiż.