Messaġġi ta’ niket minn madwar id-dinja tal-ispettaklu għall-aħbar tal-mewt tal-kantanta leġġendarja Amerikana Aretha Franklin li mietet it-Tlieta fl-età ta’ 76 sena wara battalja mal-marda tal-kanċer.
Anki l-President Amerikan Donald Trump, waqt laqgħa mal-ġurnalisti fil-White House, ħa minuta biex lissen is-sogħba kbira tiegħu għall-mewt ta’ Aretha Franklin.
S’issa d-data tal-funeral ma tħabbritx, imma s-sorsi qalu li dan aktarx isir fiċ-Charles H. Wright Museum of African American History f’Detroit minħabba l-folla kbira li mistennija tattendi.
Aretha Franklin kienet involuta ħafna fil-ġlieda għall-ugwaljanza fl-Istati Uniti, kantat fil-funeral ta’ Martin Luther King fl-1968, u wkoll fl-inawgurazzjoni tal-President Barack Obama fl-2009. King kien ħabib kbir ta’ missierha.








