Xena oħra mill-ġdid ta’ raġel rieqed barra. Qarrejja li bgħatulna dan ir-ritratt qalulna li mhux l-ewwel darba li raw irġiel barranin reqdin, fi Ġnien il-Mall fil-Floriana.
Fl-aħħar jiem, 120 immigrant instabu jgħixu f’razzett f’Ħal Qormi, b’numru minnhom ġew issa bla saqaf fuq rashom.
Fil-Floriana riċentament kien hemm numru ta’ rapporti ta’ nies li jkunu reqdin barra, b’persuni rieqda anki fis-subway tal-istess lokal.
Ftit tal-jiem ilu statistika ppubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qalet li fl-2016 kien hawn 72,000 persuna f’riskju ta’ faqar.
Fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew, NET News irraporta diversi stejjer reali ta’ nies li mhux biss qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, iżda li saħansitra spiċċaw jgħixu fil-faqar u xi kultant saħansitra mingħajr saqaf fuq rashom.
Statistiċi oħra, anke mill-Eurostat, urew fix-xhur li għaddew li minkejja li l-ekonomija qed tikber, dan it-tkabbir mhux imur fil-bwiet tal-ħaddiema iżda minflok fil-bwiet ta’ setturi żgħar ta’ nies.
//= $special ?>