QORMI…………………. 1 SENGLEA A…………. 0
Qormi: J. Azzopardi, D. Mansi, Y. Yankam, K. Seo In (M. Borg 79’), M. Micallef, A. Abela, G. Gesualdi, A. Cassar, A. Ferreira dos Santos (T. Gusman 64’), K. Soares Kassiano, I. Zammit (M. Camilleri 90’)
Senglea: P. Schranz, M. Bartolo, D. Micallef, B. Muscat, F. Salvati, L. Grech, K. Xuereb, N. Lahrach, R. Vella (C. Dimech 58’), K. Cutajar, A. White.
Imwissija: D. Mansi 48’, T. Gusman 71’ (Q), B. Muscat 22’, F. Salvati 57’, L. Grech 70’, N. Lachrah 90’ (S)
Skorja: A. Cassar 51’ (Q)
Referee: Alan Mario Sant
Assistenti Referees: Edward Spiteri, Jurgen Spiteri
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Kim Seo In (Qormi)
Ir-ritorn ta’ Qormi fil-Kampjonat BOV Premier kien pożittiv hekk kif f’dak li hu mistenni li jkun wieħed mill-konfronti diretti, għelbu lil Senglea Athletic 1-0 b’gowl fil-bidu tat-tieni taqsima.
Ir-rebħa għat-tim ta’ Brian Spiteri tista’ titqies meritata hekk kif fl-ewwel taqsima kellhom l-inizjattiva minkejja li ma kinux perikolużi wisq. Senglea kellhom tim mibdul mill-istaġun li għadda u żgur li l-kowċ Bruno Russo għandu ħafna fejn jaħdem biex ikollu tim kompetittiv tul l-istaġun.
Qormi kellhom l-ewwel tentattiv fil-lasta qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt ta’ Kim Seo In ikun imxellef u salvat minn Philip Schranz. Il-gowl deċiżiv wasal fil-51 minuta meta minn kross ta’ Yannick Yankam, ALESSIO CASSAR ħa vantaġġ minn indeċiżjoni ta’ Schranz u skorja mill-viċin.
Il-Qriema baqgħu jikkontrollaw il-logħba, u xi kultant kienu perikolużi, b’Mano Micallef jersaq viċin b’xutt li kien salvat f’darbtejn. B’riżultat ta’ 1-0, Senglea pruvaw jattakkaw fl-aħħar minuti biex isalvaw il-logħba iżda d-difiża avversarja kienet organizzata biżżejjed biex biegħdet kull periklu.
//= $special ?>