Futbol Sport

SERIE A: Marchisio jitlaq lil Juventus wara 25 sena

Il-midfielder Taljan, Claudio Marchisio, temm l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ Juventus, iċ-champions tas-Serie A, li kienet ilha għal 25 sena.

Dan meta l-plejer ta’ 32 sena u l-klabb waslu fi ftehim reċiproku biex jikkonkludu l-kuntratt ta’ Marchisio li kellu jiskadi fl-2020.

Claudio Marchisio – li hu mwieled f’Turin — lagħab 389 darba għall-Bianconeri, li kien ingħaqad magħhom bħala tifel ta’ seba’ snin. Magħhom hu rebaħ seba’ kampjonati tas-Serie A u erba’ finali tal-Coppa Italia.

Hu kien sofra injury serja f’April tal-2016 u kellu jdum barra mil-logħba għal diversi xhur. Intant, l-istess plejer lagħab 20 logħba ma’ Juventus fl-istaġun li għadda.